http://diggiloo.net/

Recorded by: Chiara
Music by: Jason Cassar
Lyrics by: N/A
Language: Maltese
Placing: 3rd (165 points)
Other versions: English

Lilek inħobb

I love you

Lejl sabiħ ta' sliem, kwiekeb jiddu kullimkien Beautiful, peaceful night with stars shining everywhere
Int u jien, żewġ maħbubin, kemm nistenna dan il-ħin You and I, two lovers, how I long for this time
Jien qatt ma ġarrabt hena bħal din I never felt such serenity
Jien noħlom li aħna għal xulxin I dream that we are destined for each other
  
L-hena ta' mħabba nsib kif inti tkun qiegħed qrib I find the meaning of love when you're close
Bl-imħabba nithennew, u t-tnejn qatt ma ninsew, l-aħna għal xulxin With love we find peace, and we never forget, we're for each other
Fis-sħab imsaħħra t-tnejn, fl-imħabba li tleqq fl-għajnejn We're floating in mystical clouds, in love that shines in the eyes
Int f'qalbi ma jmissek xejn għax jien lilek inħobb You'll need nothing more, because I love you
  
Dehra kollha lwien illi ssebbaħ kullimkien A view full of colours that brightens everywhere
Dan is-seħer ta' flimkien dawwal ħajti fl-isbaħ żmien This magic between us brightened my life in the best time
Int ġejt bħaż-żernieq wara l-lejl You came like the dawn after dark
Bħax-xemx ħajti bdilt għan-nhar mil-lejl Like the sun you changed my life to day from night
  
L-hena ta' mħabba nsib kif inti tkun qiegħed qrib I find the peak of love when you're close
Bl-imħabba nithennew, u t-tnejn qatt ma ninsew, l-aħna għal xulxin With love we find peace, and we never forget, we're for each other
Fis-sħab imsaħħra t-tnejn, fl-imħabba li tleqq fl-għajnejn We're floating in mystical clouds, in love that shines in the eyes
Int f'qalbi ma jmissek xejn għax jien lilek inħobb You'll need nothing more, because I love you
  
Int f'qalbi ma jmissek xejn għax jien lilek inħobb You'll need nothing more, because I love you

Translation by Thomas Borg.